‘Gwida Biex Taqra l-Bibbja’ hija publikazzjoni mimlija informazzjoni u ideat biex jgħinuk tiskopri l-Bibbja b’tama li tikber fir-relazzjoni tiegħek m’Alla.
Ktieb maħsub biex jgħin lil kull min jixtieq jifhem u jaqra l-Bibbja b’mod aktar profond u sinifikattiv. Jispjega kif inhi organizzata l-Bibbja, it-tipi differenti ta’ kotba u kif wieħed jista’ jifhem aħjar il-messaġġ tagħhom.
Permezz ta’ għajnuniet prattiċi, il-qarrej jiġi mħeġġeġ mhux biss jaqra l-Kelma ta’ Alla, imma jisma’, jimmedita fuqha u jgħixha fil-ħajja ta’ kuljum.
Gwida sempliċi biex il-Bibbja ssir aktar qrib tagħna u l-Kelma ta’ Alla tkompli tkellimna llum.
Publikazzjoni mill-Malta Bible Foundation b’kollaborazzjoni mal-MCYN.




